Thursday, March 23, 2006

Grazzi tal-kummenti.

Nahseb li kull m'ghandna naghmlu issa hu semplici hafna. Aqbdu ktieb hu ibdew ittraducuh. Imbaghad ibaghtuli l-link ghall-pagna fejn tkunu bdejtu t-traduzzjoni. Ma nahsibx li ghandna ninhlew wisq fl-ghaliex tal-progett. Nerga' nghid li l-idea originali kienet li naghzlu kittieba kontemporanji - kittieba li qed jiktbu llum. Izda minn jippreferi jaqleb lil Orwell u lil Moravia, merhba bih. U jekk lil xi hadd tigih it-tentazzjoni li jaqleb lil Chaucer, zgur li nidhku dahka ukoll. Kwazi pastaz daqs Stagno hekk jew hekk. U bil-haqq hadt gost li wrejt interess fil-progett, Guze'. Fil-gzira z-zghira ma tafx kif jehduhom l-affarijiet. Nahseb tifhimni.

Mela ahsbuha fit-tul u ibaghtuli l-ideat.

Thursday, March 09, 2006

Daqs tliet xhur ilu, tliet bloggejja Maltin iltaqghu fil-bar 'Kafka' fic-centru ta' Brussell biex jiddiskutu giex progetti. Wiehed minn dawn il-progetti kellu x'jaqsam max-xiri ta' blokk appartamenti f'din il-belt li qed issir is-sobborg preferit ta' Malta. Dan il-progett intesa ghal kollox u hadd ma rega' semmih. La l-gybexi (li kien hareg bl-idea) u wisq inqas Pierre (Notte Brava) Mejlak. Jien nistqarr li qatt ma kelli l-ambizzjoni li nsir il-Frank Salt ta' Brussell.

Il-progett l-iehor semplici u telaq minn premessa wahda - jekk ma naqilbux letteratura kontemporanja ghall-Malti, ma nkunux qed inkunu serji meta nitkellmu dwar l-importanza ta' dan l-ilsien.

Imma jekk il-Maltin jistghu jaqraw lil Sartre u lil Houellebecq u lil Neruda bl-Ingliz, mhux ghalxejn jinqalbu bil-Malti? U fl-ahhar mill-ahhar kemm ser ikollok qarrejja?

Pajjiz ta' 250,000 ruh; razzett f'post fejn halla l-karkura x-xitan bejn bahar salvagg u l-muntanji suwed; xkaffa mimlija kotba maqlubin ghall-Islandiz. Kellu jkun il-pajjiz tas-Sagas, tal-gysers (naturali) u tar-rebbieh tal-Premju Nobel ghal-letteratura Halldor Laxness, li kkonvincieni li dawn l-argumenti jmissna nroddulhom salib ghal rashom.

U iva, l-bicca l-kbira ta' l-Islandizi, bhal hafna Skandinavi, jitkellmu Ingliz perfett. U jinsertaw in-nies li statistikament jaqraw l-aktar kotba. Fid-dinja.

Imbaghad hemm l-argument tal-kuntest. Inhoss li lill-kittieba Maltin tfajnihom f'bozza. Bhal donnu hemm il-letteratura Maltija minn banda u l-letteratura dinjija fuq l-ohra. Dan l-ahhar sirna nqisu lilna nfusna bhala "kittieba mill-Mediterran". Jidhirli li l-kittieb Malti, bla ma jrid, huwa vittma ta' l-insularita' li jikkritika f'xoghlu stess. Kif jghid Milan Kundera, l-pajjizi z-zghar irabbu lill-kittieba taghhom bil-hsieb li jistghu jiktbu biss fuq il-pajjiz iz-zghir u li d-dinja "t'hemm barra" hija kbira jew imbieghda wisq ghalihom. U li jkunu pruzuntuzi jekk jiktbu fuq id-dinja l-kbira.

Politikament ghazilna li nsiru parti minn dinja ikbar fl-2004. Kienet decizjoni ghaqlija izda mhux bizzejjed. Wasal iz-zmien li naghmlu l-istess fuq livell intellettwali.

Nixtieq li dan il-blogg johloq spazju minn fejn dan il-progett jista' jiehu rankatura.

Ghalissa nitlobkom tibaghtuli s-suggerimenti taghkom fuq il-progett u fuq kif ghandu jitmexxa.

Min wera interess fil-progett s'issa:

Pierre J. Mejlak

Il-Kurat Gybexi

L-Imzebbel

Antoine Cassar

Roderick Mallia

Mark Vella
Works in progress:
Mid-9 ta' Marzu 2006
Hit Counter