Thursday, March 09, 2006

Daqs tliet xhur ilu, tliet bloggejja Maltin iltaqghu fil-bar 'Kafka' fic-centru ta' Brussell biex jiddiskutu giex progetti. Wiehed minn dawn il-progetti kellu x'jaqsam max-xiri ta' blokk appartamenti f'din il-belt li qed issir is-sobborg preferit ta' Malta. Dan il-progett intesa ghal kollox u hadd ma rega' semmih. La l-gybexi (li kien hareg bl-idea) u wisq inqas Pierre (Notte Brava) Mejlak. Jien nistqarr li qatt ma kelli l-ambizzjoni li nsir il-Frank Salt ta' Brussell.

Il-progett l-iehor semplici u telaq minn premessa wahda - jekk ma naqilbux letteratura kontemporanja ghall-Malti, ma nkunux qed inkunu serji meta nitkellmu dwar l-importanza ta' dan l-ilsien.

Imma jekk il-Maltin jistghu jaqraw lil Sartre u lil Houellebecq u lil Neruda bl-Ingliz, mhux ghalxejn jinqalbu bil-Malti? U fl-ahhar mill-ahhar kemm ser ikollok qarrejja?

Pajjiz ta' 250,000 ruh; razzett f'post fejn halla l-karkura x-xitan bejn bahar salvagg u l-muntanji suwed; xkaffa mimlija kotba maqlubin ghall-Islandiz. Kellu jkun il-pajjiz tas-Sagas, tal-gysers (naturali) u tar-rebbieh tal-Premju Nobel ghal-letteratura Halldor Laxness, li kkonvincieni li dawn l-argumenti jmissna nroddulhom salib ghal rashom.

U iva, l-bicca l-kbira ta' l-Islandizi, bhal hafna Skandinavi, jitkellmu Ingliz perfett. U jinsertaw in-nies li statistikament jaqraw l-aktar kotba. Fid-dinja.

Imbaghad hemm l-argument tal-kuntest. Inhoss li lill-kittieba Maltin tfajnihom f'bozza. Bhal donnu hemm il-letteratura Maltija minn banda u l-letteratura dinjija fuq l-ohra. Dan l-ahhar sirna nqisu lilna nfusna bhala "kittieba mill-Mediterran". Jidhirli li l-kittieb Malti, bla ma jrid, huwa vittma ta' l-insularita' li jikkritika f'xoghlu stess. Kif jghid Milan Kundera, l-pajjizi z-zghar irabbu lill-kittieba taghhom bil-hsieb li jistghu jiktbu biss fuq il-pajjiz iz-zghir u li d-dinja "t'hemm barra" hija kbira jew imbieghda wisq ghalihom. U li jkunu pruzuntuzi jekk jiktbu fuq id-dinja l-kbira.

Politikament ghazilna li nsiru parti minn dinja ikbar fl-2004. Kienet decizjoni ghaqlija izda mhux bizzejjed. Wasal iz-zmien li naghmlu l-istess fuq livell intellettwali.

Nixtieq li dan il-blogg johloq spazju minn fejn dan il-progett jista' jiehu rankatura.

Ghalissa nitlobkom tibaghtuli s-suggerimenti taghkom fuq il-progett u fuq kif ghandu jitmexxa.

Min wera interess fil-progett s'issa:

Pierre J. Mejlak

Il-Kurat Gybexi

L-Imzebbel

Antoine Cassar

Roderick Mallia

Mark Vella
Works in progress:

16 Comments:

Blogger Erezija said...

nixtieq nesprimi l-interess tieghi li nidhol naghmel parti minn din il-komunita jew x'inhi.

1:05 PM  
Blogger david said...

"komunita' jew x'inhi"

Toghgobni l-kelma "komunita'"
Ahjar minn "ghaqda"

2:39 AM  
Blogger Hsejjes said...

Was reading the Times and it seems that there is going to be a Harold Pinter play translated in Maltese by Guzi Gatt. Il-Kertejker is being presented at St.James Cavalier this weekend. Now for one I would rather see the play in english, but I have alot of respect for Guzi Gatt, so this should be good.

3:15 AM  
Blogger Erezija said...

L-imzebbel jismu - KEVIN SALIBA

Il-Kurat Gybexi jismu - KURT BUTTIGIEG

7:51 AM  
Blogger david said...

Hsejjes - it's a pity that Pinter didn't write a play called The Meter Reader. An unsung (and somewhat ignored) figure in the Maltese domestic landscape.

Enjoy the play.

Erezija - il-kumment tieghek huwa prova li taghmel x'taghmel dejjem ser issib lil xi hadd lest biex jikkoregik. Lill- 'Kurat Gybexi' kont nizziltu bhala 'Kurt Buttigieg' imma wera x-xewqa li jintuza n-nom de plume ghal dan il-progett. U b'pacenzja kbira qtajtlu xewqtu.

Inhalli f'idejn l-Imzebbel.

U lilek ma nafx ghaliex nizziltek bhala 'Alex Vella Gera'. Boqq! Tippreferi 'Erezija'?

9:22 AM  
Blogger Erezija said...

iva nippreferi Erezija imma nahseb f'progett bhal dan hemm bzonn li nuzaq l-ismijiet li tawna l-mama u l-papa... ghalhekk lili zommni bhala Alex vella Gera u l-Kurat ghidlu li jrid juza ismu proprju... l-imzebbel ukoll

2:13 AM  
Blogger Mark Vella said...

Anonymous qal/qalet... (fuq Xifer)

Jekk joghgbok ghamilli pjacir u ghaddi dan il-kumment lil Lanzarote. Jekk niftakar sew kelli nuza l-istess tattika qabel imma f'dak il-blogg hemm problema teknika (jew inkella nuqqas ta' gharfien minn naha tieghi) fis-sens illi mhux qed jirnexxieli nillogja u mhux ser noqghod nilghab wisq ghax jiena nittawwal kultant, avolja il-bloggs huma generalment nteressanti (minbarra il-battibekji ma' J'accuse...li jekk tipermettuli ma fihom l-ebda sugu) .

Il-messagg huwa dan: L-idea li titraducu litteratura barranija ghall-Malti hija wahda tajba fis-sens illi tkunu qed tikkontribwixxu
(1)lejn l-attwalita' u relevanza tax-xena letterarja maltija;
(2) lejn il-fluidita'(espressivita') mitkellma u miktuba vis-a-vis il-kuncetti imnissgin fix-xogholijiet li behsiebkom tittraducu;
fost ohrajn.

Is-suggeriment tieghi tirrgwarda l-ghazla tax-xogholijiet li behsiebkhom tittraducu. Nahseb li tkun idea tajba jekk ghall-ewwel tazlu kotba qosra kemm jista' jkun imma li jkollhom messagg qawwi u konciz. Dan sabiex tkunu f'posizzjoni li tibbenefikaw mill-feedback tal-qarreja taghkom asap li wara kollox hija essenzjali (ghax inkella ghalfejn tikteb?). Il-trazzin fil-volum jghin ukoll f'dik li hi pubblikazzjoni (ez gazetta f'sensiela m'hux twila- halli imbghad jekk jkollkhom feedback tajjeb tippublikawhom fi ktieb).

P.s. Hemm 'short story' (novella?) ta' Guy de maupassant jisimha boule de suif li tghodd hafna ghal Malta...giet ippublikata madwar seklu ilu imma tajba ferm (insomma lili laqtitni hafna)

Awguri w arriv.

9:31 AM  
Blogger david said...

Grazzi tal-kumment Anon. U grazzi lil Xifer li ghaddihuli. Il-'problema' hi li ghazilt li ma naccettax kummenti anonimi fuq il-blogg, li minn banda hasra imma x'taghmel?

Is-suggeriment tieghek jaghmel hafna sens, ghallinqas fil-bidu tal-progett. Ghalhekk ghalissa ghazilt li nittraduci ktieb qasir imma pungenti. L-idea originali tieghi kienet li nahdmu fuq kotba KONTEMPORANJI. Nippreferi nittraduci lil Baricco u lil Houellebecq milli lil James Joyce u lil Graham Greene. Izda jista' jkun li ta' min inhallu l-progett miftuh kemm jista' jkun.

Maupassant - idea tajba ukoll - l-istejjer qosra tieghu sbieh hafna. Izda kif ghidt, personalment, nixtieq niffoka fuq il-kontemporanju.

Mill-gdid, grazzi hafna tal-kummenti.

10:25 AM  
Blogger L-Imżebbel said...

Tista' tniżżilni: Kevin Saliba (L-Imżebbel) :)

1:30 AM  
Blogger L-Imżebbel said...

Nirringrazzja lil anonimu/a tal-kummenti, imma jien feedback u mhux feedback, jekk inlestih se nippubblikah. Ala bieb żobbi.

U fost raġunijiet oħrajn, għażilt 'In-Nawżja' biex min mhux interessat naqtgħu barra mill-ewwel.

F'das-sens, is-servizz tiegħi hu iżjed lejn il-lingwa (u lejn Sartre) milli lejn il-qarrejja.

Taħseb li l-Maltin se jitħajru jaqraw lil Sartre għax se jsibuh bil-Malti? Ma nemminx jien, u fil-fatt diġa' qiegħed nantiċipa li biex nippubblikah se jkolli ndaħħal idi fil-but u mmur minn taħt.

L-istess hu l-każ fil-publikazzjoni ta' ġabra ta' poeżiji li beħsiebni nippubblika fil-futur qrib. Min tridu jixtrih?

Il-kittieba u t-tradutturi m'għandhomx bżonn il-barka tal-qarrejja medji biex jagħmlu xi ħaġa suret in-nies. U nn'alla.

Ejja ma nimlewx rasna li se nġennu Malta b'dan li qegħdin nagħmlu. Il-Maltin, u anke saħansitra ħafna pubblikaturi, se jiġu ala bieb żobbhom minna.

1:46 AM  
Blogger david said...

Min irid jaqra, jaqra. Min ma jridx, jahsel il-karozza. Minn daqshekk ghandu ragun Kevin, bla dubju. Qatt ma hsibt f'dan il-progett bhala Kampanja Favur il-Qari. Lil Xummiemu jonqosna. Imma jekk jithajjar xi hadd, merhba bih.

5:43 AM  
Blogger Roderick Mallia said...

Iż-żgħażugħ Malti (u mhux biss) ma jaqrax għax mhux cool. Imma li ma tantx hawn x'taqra bil-Malti hija verità sagrosanta.

Allura int taħseb li jekk lill-pubbliku tagħtih għażla vasta ta' letteratura, dan ħa jibda jaqra? Naħseb tkun qed tassumi ħafna jekk taħseb hekk. Jekk il-poplu mhux interessat fil-letteratura mhux ser jaqra, 'qas jekk titimgħu l-kotba.

3:37 PM  
Blogger Roderick Mallia said...

Jien naqbel miegħek perfettament li hawn nuqqas kbir ta' letteratura miktuba bil-Malti u dak ovvjament, jista' jkun fattur determinanti kif għidt u spjegajt sewwa int stess.

Imma bl-Ingliż hemm qawl li jgħid xi ħaġa hekk:

You can bring a horse to water but you can't make him drink

Li jista joħroġ minn dan il-proġett huwa jekk iż-żiemel għandux aptit jixrob jew le. Jekk iva ta' min ikompli jaqtalgħu l-għatx... jekk ma jridx jixrob imbagħad... ħeqq ma nafx

12:17 AM  
Blogger Roderick Mallia said...

Ħeqq - dejjem jistgħu jaqraw lil Lombardi hux ;) Ostja jerġgħu jippubblikawhom mill-bidu... fqajtni b'dak il-kumment dakinhar tal-laqgħa.

12:18 AM  
Blogger gybexi said...

ghalhekk lili zommni bhala Alex vella Gera u l-Kurat ghidlu li jrid juza ismu proprju... l-imzebbel ukoll

ma te' vuoi fa' i cazzi tuoi !?

12:10 AM  
Blogger Erezija said...

bla sens kurt li tuza pseudonym fuq progett bhal dan...

5:29 AM  

Post a Comment

<< Home

Mid-9 ta' Marzu 2006
Hit Counter